Friday, April 19, 2024

Jittellgħu l-poloz tal-E&L Futsal Knock-Out

Aqra wkoll

F’nofs din il-ġimgħa ttellgħu l-poloz tal-E & L Futsal Knock-Out fejn għaxar timijiet se jikkompetu f’din il-kompetizzjoni.

Il-holders l-Universita’ ta’ Malta se jibdew l-impenji tagħhom fl-ewwel round kontra min jirbaħ bejn Fgura u t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena. Mill-banda l-oħra, iċ-champions Luxol kellhom polza diffiċli meta se jaffaċċjaw lil Swieqi United. Mill-ewwel round ukoll Żurrieq se jilagħbu kontra l-Malta Veterans filwaqt li Ta’ Xbiex jaffaċċjaw lil min jirbaħ bejn Marsaskala u St George’s.

Il-logħob mir-rawnd preliminari jintlagħab bejn il-25 u s-27 ta’ Jannar li ġej fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.

Sport