Monday, May 13, 2024

Jittellgħu l-poloz tal-kompetizzjonijiet KO tal-Futsal

Aqra wkoll

Telgħu l-poloz tal-E & L Futsal Trophy fejn il-holders University of Malta ACJ Group, Luxol, Ta’ Xbiex u Swieqi United kienu seeded sabiex evitaw li jilagħbu fl-ewwel fażi.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tas-sena l-oħra se jaffrontaw kontra min jirbaħ fil-konfront bejn Birżebbuġa St Peter’s Futsal u Gżira United Santa Margerita.

Iċ-champions tal-kampjonat Luxol telgħu biex jilagħbu kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena.

Swieqi se jkunu qed jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Sliema u s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena b’Ta’ Xbiex li jistennew ir-rebbieħ tal-konfront bejn ŻRQ Bormla u Marsaskala Futsal.

Sadanittant hemm possibbilta’ li Luxol u l-Universita’ ta’ Malta jilagħbu kontra xulxin fis-semifinali ta’ din  il-kompetizzjoni.

Fl-istess waqt kien hemm ukoll il-poloz tal-Enemed Women’s Futsal Trophy fejn iż-żewġ timijiet ta’ Lija Athletics telgħu biex jilagħbu kontra xulxin. Fl-istess waqt, ir-rebbieħ ta’ dan il-konfront jilgħab kontra min jikseb il-kwalifikazzjoni bejn Santa Margherita AFC u Parr Mela Rockets.

F’konfront li jidher li għandu jkun ferm interessanti, Swieqi se jilagħbu kontra Mtarfa bir-rebbieħ jiltaqa’ kontra University of Malta ACJ Group.

Sport