Sunday, November 24, 2024

Jiżdied il-poliovirus f’Gaża minħabba l-problema tad-drenaġġ fil-pajjiż

Aqra wkoll

Il-Poliovirus hija marda virali, li tiġi tranżmessa permezz ta’ tixrid minn persuna għal oħra u prinċiparjament tkun ġejja minn kontaminazzjoni tal-ikel jew tal-ilma. Din it-tip ta’ virus huwa mifhum li qed jkber f’Gaża minħabba l-problema tad-drenaġġ li hemm fil-pajjiż.

Dan ġie kkonfermat ukoll mill-Ministeru tas-Saħħa tal-pajjiż, li wissa li eluf ta’ nies, li kawża tal-gwerra bejn l-Iżrael u Gaża, dawn jinsabu f’riskju li jimirdu

Il-Ministeru tas-saħħa Iżraeljan qal li l-poliovirus tat-tip 2 instab f’kampjuni tad-drenaġġ ta’ Gaża ttestjati f’laboratorju Iżraeljan. Qal li min-naħa tagħha l-Għaqda Dinjinija għas-Saħħa, l-WHO ukoll sabet xi ħaġa simili.

L-aġenziji tan-NU ilhom jikkampanjaw għal erba’ deċennji biex jeqirdu l-poljo, ħafna drabi mifruxa permezz tad-drenaġġ u ilma kontaminat, iżda kien hemm qawmien mill-ġdid f’dawn l-aħħar snin fl-Afganistan u l-Pakistan u xi każijiet iżolati fin-Niġerja.

Il-ministeru sejjaħ biex titwaqqaf l-offensiva Iżraeljana biex ikun jista’ jiddaħħal ilma tajjeb u jerġa’ jibda t-trattament tad-drenaġġ. Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet fil-belt ċentrali ta’ Gaża ta’ Deir el-Balah wasslu twissija li t-toroq se jiġu mgħarrqa bl-ilma tad-drenaġġ.

Sport