Monday, May 13, 2024

Jiżdiedu b’5.5% in-numri ta’ konvenji fix-xahar ta’ Awwissu 

Aqra wkoll

F’Awwissu ta’ din is-sena b’kollox saru 970 konvenji u għalhekk metas kkumparat ma’ Awwissu tas-sena li għaddiet, hemm żieda ta’ 5.5%. Barra min hekk, fix-xahar li għadda b’kollox saru 949 kuntratti, jiġifieri tnaqqis ta’ 24.6% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet. 

Din l-informazzjoni ħarġet minn ċifri pprublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wera li, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali kien jammonta għal 949. Dan ifisser tnaqqis ta’ 24.6 fil-mija meta mqabbel mal-ammont ta’ kuntratti li ġew irreġistrati mal-awtorità tat-taxxa f’Awwissu tas-sena l-oħra.

Mill-istess statistika ħareġ ukoll li b’kollox il-valur ta’ dawn il-kuntratti laħaq il-€263.4 miljun. Dan ifisser tnaqqis ta’ 9.4% meta mqabbel mal-valur irreġistrat f’Awwissu tal-2022. L-NSO żied jgħid li 91.6% tal-kuntratti  saru minn xerrejja individwali fosthom familji, waqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħra saru minn sidien ta’ kumpaniji.

Il-valur tal-kuntratti li jinvolvi xerrejja individwali kien jammonta għal €210.9 miljun, li huwa l-ekwivalenti għal 80.1% tal-valur kollu. F’Awwissu, l-akbar għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port b’total ta’ 259 kuntratt. L-inqas għadd ta’ kuntratti saru fid-Distertt tal-Punent b’96 u fid-Distrett ta’ Għawdex b’132 kuntratt.

L-ikbar numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ kienu rreġistrat fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar (79), il-Mosta (46) u Birkirkara (41). 

Sport