Is-segretarja ġenerali ta’ Badminton Malta Joanne Cassar ġiet eletta fil-kunsill tal-Badminton World Federation (BWF). Dan sar waqt is-86 BWF Annual General Meeting li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Xiamen, iċ-Ċina.
Cassar kienet fost 20 kanditat u kisbet 253 vot, is-sitt l-akbar ammont ta’ voti miksuba mill-kandidati kollha u l-aktar mill-kandidati ewropej.
Il-ħatra tagħha waslet fi żmien importanti għall-Badminton hekk kif għaddejja il-preparazzjoni għal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku ta’ Los Angeles 2028.