Jobe Bellingham, li jiġi ħu l-istilla Jude, qed jiġi segwit minn Crystal Palace. Dan tal-aħħar qed jilgħab ma’ Sunderland u qed jispikka ferm kemm f’nofs il-grawnd kif ukoll fl-attakk fejn skorja 11-il gowl f’67 partita.
Sunderland qed jitolbu s-somma ta’ £20 miljun għalih bl-Eagles li qed jaħsbuha serjament. Fil-passat, Jobe kien jilgħab ma’ Birmingham City.