Wednesday, March 27, 2024

Joħloq dekorazzjonijiet tal-Milied sabiex jinbiegħu u l-flus imorru għal Puttinu Cares

Aqra wkoll

Ħafna huma dawk li jħobbu jgħinu lil xi għaqda partikolari billi flok jaqilgħu rigal għalihom personali, jiġbru donazzjoni biex b’hekk igawdu dawk li huma fil-bżonn.

Fost dawn, hemm ukoll anzjan ta’ 89 sena li qed jieħu joħloq dekorazzjonijiet tal-Milied sabiex imbagħad jinbiegħu u l-flus kollha jmorru għal Puttinu Cares.

Hekk kif dawn id-dekorazzjonijiet ikunu lesti, ser jinbiegħu f’Dar Madonna tal-Mellieħa, l-istess dar fejn qed jgħix bħalissa Emmanuel Pace.

Din l-għaqda rringrazzjatu ta’ dan il-ġest sabiħ f’isem il-pazjenti li hemm taħt il-kura tagħhom. 

Ekonomija

Sport