Saturday, December 14, 2024

Joħroġ mill-periklu tal-mewt it-tfajjel li sarlu intervent fl-aħħar ġimgħat u jagħti sorpriża lil Lelio

Aqra wkoll

“X’sorpriża ħelwa kelli llum. Francesco, it-tifel li konna tlabna għalih u li kien għall-kura fl-Isptar Bambino Gesù ta’ Ruma, mhux biss reġa’ lura Għawdex, imma llum ġie jarani l-iskola, flimkien mal-mamà tiegħu, il-papà u oħtu,” ħabbar Lelio Spiteri, Kap tal-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, f’kitba li qasam fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Ix-xahar li għadda, iċ-ċkejken Francesco għamel operazzjoni serja u Spiteri ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jiftakru f’dan it-tfajjel waqt it-talb tagħhom.

Fl-istess kitba tal-bieraħ huwa kompla jgħid li kien tassew kuntent li ltaqa’ magħhom, u iżjed minn hekk li Francesco jinsab tajjeb u miexi ‘l quddiem. Barra minn hekk wera wkoll l-apprezzament tiegħu lejn din il-familja għall-kwadru li tawh ta’ Carlo Acutis bħala ġest ta’ ringrazzjament.

“Ġesù, kompli ħu ħsieb lil din il-familja u lit-tfal kollha, speċjalment dawk morda,” temm jgħid Spiteri.

Ekonomija

Sport