Saturday, November 2, 2024

Jonathan Tah inċert fuq Bayer Leverkusen

Aqra wkoll

Id-direttur sportiv ta’ Bayer Leverkusen Simon Rolfes la kkonferma u lanqas ċaħad li d-difensur ċentrali Ġermaniż Jonathan Tah se jitlaq lill-klabb, 11-il ġurnata qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Rolfes qal li ma jridu bl-ebda mod li jżommu l-plejer kontra qalbu. Hu qal li għalihom hu importanti bħala difensur iżda wara l-aħħar xnigħat, kollox jaf ikun possibbli.

Tah għandu 28 sena u ilu mat-tim mill-belt ta’ Leverkusen sa mis-sena 2015 fejn skorja 12-il gowl f’258 partita.

Sport