Sunday, November 24, 2024

Jonfoq £100,000 f’dar għal familja li qed taħrab mill-Ukrajna biex tgħix fiha b’xejn

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kap ta’ kumpanija nefaq £100,000 f’dar għal familja li qed taħrab mill-Ukrajna biex tgħix fiha b’xejn.

Jamie Hughes ta’ 50 sena ried juri l-appoġġ tiegħu għall-familji milquta mill-invażjoni Russa.

B’dan il-ħsieb f’moħħu, iddeċieda li jixtri dar bi tliet kmamar tas-sodda f’Wrexham, North Wales, biex joffriha lir-refuġjati.

Jamie, li beda l-kumpanija tat-telekomunikazzjoni tiegħu meta kellu 21 sena, issa se jilqa’ lil omm ta’ tliet itfal fid-dar.

F’kummenti li ta lill-midja Ingliża, huwa qal li ried jgħin għax ħass li kienet xi ħaġa assolutament devastanti meta beda jara miljuni ta’ nies jaħarbu u l-bombi li kienu qed jiġu sparati.

Jamie l-ewwel ħaseb biex jikkonverti parti fid-dar tiegħu stess iżda rrealizza li dan il-proġett kien se jieħu wisq żmien.

Mhux talli qal li dan il-proġett kien se jieħu madwar sentejn biex jitlesta, talli kien se jkun skomdu u se jkun hemm nuqqas ta’ privatezza. Għalhekk huwa beda jfittex xi proprjetajiet vojta, għamel offerta u xtara waħda.

Id-dar issa sejra tilqa’ lil Maria li hija omm ta’ tlett itfal u s-subien tagħha, ta’ 10, 12 u 14-il sena.

Maria, li ħadmet fi sptar Ukren, għadha fil-Punent tal-Ukrajna iżda bdiet it-triq biex tmur lejn kamp tar-refuġjati fil-Polonja.

Hija qed tittama li l-ġimgħa d-dieħla tmur ir-Renju Unit jekk il-viża tagħhom jiġu kkonfermati fil-ħin.

Sport