Sunday, December 22, 2024

Jonqsu l-kuntratti u l-konvenji f’Lulju

Aqra wkoll

FʼLulju tal-2024, il-kuntratti taʼ bejgħ u l-konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali ammontaw għal 1,035 u 1,063 rispettivament. Meta mqabblin maʼ dawk irreġistrati fl-istess xahar taʼ sena qabel, dawn iċ-ċifri juru tnaqqis taʼ 0.8 fil-mija fil-kuntratti taʼ bejgħ u tnaqqis taʼ 1.9 fil-mija fil-konvenji.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Lulju li għadda, 92.2 fil-mija tal-kuntratti kienu jinvolvu indiwidwi, filwaqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħra kienu magħmulin minn kumpaniji.

Il-valur tal-kuntratti li jinvolvu individwi kien jammonta għal €239.5 miljun, li huwa ekwivalenti għal 85.4 fil-mija tal-valur kollu.

FʼLulju 2024, l-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tat-Tramuntana, bʼtotal taʼ 295 u 211-il kuntratt, rispettivament.

Min-naħa l-oħra, l-inqas numri taʼ kuntratti kienu nnotati fid-Distrett tal-Punent u fid-Distrett tax-Xlokk, bi 93 u bʼ125 kuntratt, rispettivament.

L-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (102), Birkirkara (48) u Il-Mosta (40).

Ekonomija

Sport