Thursday, October 10, 2024

Jonqsu l-pazjenti bil-Covid-19 rikoverati l-Isptar

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 2,656 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 57 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 37 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 687.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 39 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tlieta li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 436 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 791,292 doża. Minn dawn 410,884 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 409,183 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ritratt: Roger Azzopardi

Sport