Friday, July 17, 2026
Home Covid-19 Jordan Henderson ivvutat bħala l-aqwa player tal-istaġun 2019/20

Jordan Henderson ivvutat bħala l-aqwa player tal-istaġun 2019/20

0
733
WOLVERHAMPTON, ENGLAND - JANUARY 23: (THE SUN OUT, THE SUN ON SUNDAY OUT) Jordan Henderson captain of Liverpool celebrates after scoring the opening goal during the Premier League match between Wolverhampton Wanderers and Liverpool FC at Molineux on January 23, 2020 in Wolverhampton, United Kingdom. (Photo by Andrew Powell/Liverpool FC via Getty Images)

Minn stħarrig li għamel is-sit elettroniku ewlieni fl-Ingilterra, BBC Sport, il-captain ta’ Liverpool, Jordan Henderson, irriżulta bħala l-Player tas-Sena għall-istaġun 2019/20. Dan meta kiseb 23% tal-voti totali. Il-kollega tiegħu fit-team ta’ Liverpool, Sadio Mane, spiċċa fit-tieni post bi 17% tal-voti waqt li l-midfielder ta’ Manchester City Kevin de Bruyne temm fit-tielet post b’14% tal-voti.

Henderson kellu staġun mill-aqwa ma’ Liverpool, fejn mexxa lir-Reds għall-ewwel post tal-Kampjonat Premier waqt li xprunahom biex jirbħu t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.

Forsi l-wirjiet tiegħu xi drabi jiġu sotto-valutati, l-aktar minħabba l-goals li jiskorjaw Sadio Mane u Mohamed Salah, iżda s-segwaċi tal-football Ingliż ma setgħux ma jinnotawx il-wirjiet tal-ogħla livell li kellu Henderson fl-aħħar xhur.

Matul dan l-istaġun, il-midfielder ta’ Liverpool, skorja tliet goals u pprovda ħames assists, li jirriżultaw fl-aktar staġun prolifiku għalih f’dak li għandu x’jaqsam ma’ involviment ta’ goals sa mill-istaġun 2014/15.