Saturday, July 25, 2026
Home Sport Jorg Schadtke favorit li jkun id-direttur sportiv ta’ Liverpool

Jorg Schadtke favorit li jkun id-direttur sportiv ta’ Liverpool

0
413

Spekulazzjonijiet qed isostnu li Liverpool se jkunu qed jaħtru direttur sportiv ġdid bit-tabloids Ingliżi li qed isemmu lil Jorg Schadtke bħala l-kandidat ewlieni għal dan ir-rwol. 

Schmadtke għandu 58 sena u apparti li kien kowċ u eks-goalkeeper, dan l-aħħar kien ukoll id-direttur sportiv ma’ Wolfsburg.

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp irrakkomanda personalment lil Schmadtke u fissru bħala bniedem tajjeb ħafna f’xogħlu.