Hemm xnigħat li l-attakkant Italo-Brażiljan Jorginho se jitlaq lil Arsenal fi tmiem dan l-istaġun sabiex jingħaqad ma’ Flamengo. Hu jista’ jingħaqad mal-eks kollegi tiegħu Danilo u Alex Sandro li ngħaqdu ma’ dan it-tim Brażiljan.
Jorginho hu plejer ta’ esperjenza kbira hekk kif lagħab ma’ Hellas Verona, Napoli u Chelsea qabel mal-Gunners fejn s’issa lagħab 48 logħba.
Min-naħa tagħhom, Arsenal se jaraw jekk jistgħux jiddiskutu mal-plejer forsi jingħata xi tip ta’ estensjoni fil-kuntratt tiegħu.