Thursday, April 25, 2024

AĠĠORNAT: Joseph Muscat jirriżenja mill-Parlament

Aqra wkoll

L-eks-Prim Ministru Joseph Muscat irriżenja mill-Parlament. Huwa ħabbar ir-riżenja tiegħu waqt aġġornament li ta fil-Parlament.

Fid-diskors tiegħu Muscat qal li fl-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista kien qal li fi żmien ftit xhur kien se jkun qed jirriżenja minn Membru Parlamentari. Tenna li huwa kien qed jirriżenja wara aktar minn 12-il sena jservi fil-Kamra tar-Rappreżentanti, wara li qabel dan kien serva għal erba’ snin fil-Parlament Ewropew.

Żied jgħid li huwa kburi bis-servizz li ta bħala Prim Ministru għal darbtejn, Kap tal-Oppożizzjoni għal darba u Membri Parlamentari għal tliet darbiet.

Temm jgħid li filwaqt li xtaq jagħmel aktar u aħjar, jevita żbalji u jagħmel ferm aktar bidliet, huwa jinsab kuntent li kkontribwixxa biex il-pajjiż illum jinsab f’qagħda aktar b’saħħitha milli qatt kien biex jilqa’ għall-isfidi.

Sport