Il-Maġistrat Rachel Montebello ftit tal-ħin ilu ħadet id-deċiżjoni li Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-akkużati l-oħrajn kollha minbarra l-kumpanija Sciacca Grill jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża.
Il-Qorti hija tal-fehma li minn analiżi li ghamlet, jeħtieg li jiġu preżentati numru ta’ dokumenti fosthom statements ta’ kontijiet bankarji f’isem il-kumpaniji għajr għal-kumpanija Sciacca Grill.
Din id-deċiżjoni ttieħded b’digriet li ħarġet il-Maġistrat hekk kif dalgħodu kompliet il-kmpilazzjoni fil-konfront ta’ numru ta’ persuni fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi.
L-akkużati qegħdin jaffaċċjaw reati ta’ frodi, ħasil ta’ flus kollha b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Is-seduta tkompli fl-1 ta’ Awwissu fl-10.00am.