Wara li ħabbar l-futur inċert tiegħu ma’ Bayern Munich, Joshua Kimmich qed jiġi attirat minn numru ta’ klabbs Ewropej li jixtiequ jiksbu s-servizzi tiegħu. Fil-fatt, Barcelona, Manchester City u Arsenal ikkuntattjaw lil dan il-plejer bid-direttur sportiv tal-Bavarja Max Eberl li qed jisma’ kull offerta possibbli.
Kimmich għadu mhux deċiż jekk iġeddidx mat-tim minn Munich jew le b’dawn tal-aħħar qed jirraġunaw li jekk għandu jitlaq, aħjar jagħmel dan issa biex ma jitilfux mingħajr ma jitħallsu xi ħaġa tiegħu.