Il-midfielder difensiv Joshua Kimmich irid ikun jaf min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Bayern Munich qabel ma jiddeċiedi fuq il-futur tiegħu. Il-plejer ta’ 29 sena qed jiġi attirat minn offerta li għamlulu Manchester United sabiex jagħmel parti mit-tim tal-istaġun li ġej.
Kimmich għadu qed jaħsibha bit-tim mill-Bavarja li ffissa prezz ta’ €50 miljun għalih.
Kimmich jaf ikun is-sostitut denju tal-Brażiljan Casemiro li llum il-ġurnata għandu 32 sena u beda jnaqqas il-livell tiegħu f’dan id-dipartiment tant importanti.