Il-midfielder difensiv Joshua Kimmich mistenni jġedded iż-żmien tiegħu ma’ Bayern Munich sa Ġunju 2029. Dan tal-aħħar għandu 30 sena u ilu mat-tim mill-Bavarja sa mis-sena 2015 fejn skorja 27 gowl f’286 partita. Eventwalment hu se jkun qatta’ 14-il sena mal-ġganti Ġermaniżi hekk kif iħossu ferm għal qalbu magħhom.
Kimmich għandu esperjenza vasta fil-qasam internazzjonali hekk kif lagħab ukoll 97 logħba mat-tim nazzjonali Ġermaniż u skorja seba’ gowls.