Ir-Royal Malta Yacht Club reċentament ospita tellieqa lil hinn mix-xtut lejn Licata u Ragusa. Din it-tellieqa offriet lill-ekwipaġġi tellieqa ta’ 172 mil nawtiku li rriżulta li kienet ferm aktar ta’ sfida milli mbassar.
Għalkemm il-pjan inizjali tal-Club kien li jiġri għal Lampedusa, il-Kumitat tat-Tlielaq iddeċieda li jibdel ir-rotta għal Licata minħabba l-isfidi loġistiċi li qed jiltaqgħu magħhom f’Lampedusa. Il-korsa, li bdiet mill-Port ta’ Marsamxett ħadet il-flotta lejn Licata u Ragusa qabel mar lura lejn ir-Royal Malta Yacht Club.
Il-bidu tat-tellieqa saret f’kundizzjonijiet ħfief mill-Port ta’ Marsamxett, li rat il-jott il-ġdid Cape 31 Jubatus ta’ Sean Borg jagħmel id-debutt tiegħu ‘l barra mix-xtut. Borg mexxa l-flotta ‘l barra mill-Port ta’ Marsamxett.
Minn dawk il-kundizzjonijiet ħfief, it-tellieqa nbidlet f’avventura eċċitanti hekk kif il-flotta resqet lejn Licata, meta r-riħ żdied bla mistenni fejn wasal sa madwar 25 mil nawtiku fis-siegħa. Sa dak il-ħin id-dgħajjes kollha kienu f’linja dritta tul it-triq lejn Licata.
Hekk kif il-flotta waslet biex iddur lura minn Licata, il-jott Jubatus kellha tiġi mmanuvrata l-barra biex tiġi evitata mewġga kbira. Id-dgħajjes l-oħra fuq il-flotta spiċċaw imwaħħlin bla riħ għal madwar sagħtejn ta’ stennija sakemm sabu r-riħ. Il-flotta reggat sabit ir-riħ minn Ragusa, fejn il-kundizzjonjiet kienu ta’ madwar 12 mil-nawtiku fis-siegħa.
Jubatus kompla fi triqtu fuq quddiem,fejn żamm vantaġġ tajjeb quddiem il-kumplament tal-flotta. Jubatus spiċċat it-tellieqa quddiem ir-Royal Malta Yacht Club wara kważi 21 siegħa ta’ tbaħħir.
Filwaqt li l-ekwipaġġ ta’ Jubatus kollha għandhom esperjenza ta’ tlielaq offshore, din kienet l-ewwel tiġrija tagħhom offshore fuq id-dgħajsa l-ġdida. “Konna għadna niftħu qlugħ ġodda mill-kaxxi tagħhom eżatt qabel it-tiġrija. U peress li konna nistennew li nagħmlu madwar 16-il mil nawtiku fis-siegħa fid-dlam, li nilħqu madwar 23 il-mil nawktiku fis-siegħa ma tantx kienet sorpriża pjaċevoli, iżda d-dgħajsa baħħret tajjeb u ftit affarijiet biss marru ħażin, ħlief li nkunu msawwta minn mewġ qawwi kien ma tantx kien pjaċevoli! Imma ġeneralment, kient bidu tajjeb ħafna u ninsabu kuntenti bl-andament.” irrimarka Sean Borg, skipper Jubatus.
Wara li ġiew meqjus il-korrezzjoni tal-ħin, it-tim ta’ Jubatus ħareġ rebbieħ tat-tiġrija segwit minn Jarhead, li kien immexxi minn Claudio Bugeja, segwit minn Be Free ta’ Horst Huelsey.
“Din hija l-ewwel darba li ospitajna tellieqa offshore fuq din il-korsa. Din wriet li kienet tellieqa eċċitanti, fejn l-ekwipaġġi kellhom juru ħila, kuraġġ, u determinazzjoni, li kienet prova tajba qabel ma ssir ir-Rolex Middle Sea Race, aktar tard dan ix-xahar. ” ikkummenta Adrian Gauci Borda, Rear Commodore (Sailing), Royal Malta Yacht Club.
Michelle Caruana u Piero Picone kienu responsabbli mill-andament tat-tellieqa.
Ir-Royal Malta Yacht Club issa qed iħejji għar-Rolex Middle Sea Race, fejn 109 dgħajsa mistennija jibdew it-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru.
Ir-Royal Malta Yacht Club se jkun rappreżentat minn 10 dgħajjes fosthom Artie III (Lee Satariano), Elusive II (Aaron, Christoph, Maya Podesta), Geisha (Stefan Debattista), Gozo Dream (Noel Grech,) JYS Jan (Claudio Bugeja), OpenPayd Be Free (Horst Huelsey), Otra Vez (Aaron Gatt Floridia), Spirit of the Winds (Simon Xuereb), Ton Ton Laferla Insurance (Jonathan Gambin) u Unica (Jamie Sammut).