Wednesday, July 24, 2024

Jules Kounde u Hector Fort fir-radar ta’ PSG

Aqra wkoll

Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain qed isegwu b’attenzjoni l-progress ta’ żewġ plejers ta’ Barcelona Jules Kounde u Hector Fort. Dawn tal-aħħar qed jispikkaw mal-Katalani fit-timijiet tal-kategorija rispettiva tagħhom. Fort għad għandu biss 17-il sena u qed jilgħab ferm tajjeb mat-tim taż-żgħażagħ Katalan filwaqt li Kounde hu tmien snin ikbar minnu u qed jingħata ċans mill-kowċ Xavi Hernandez.

Sadanittant, il-kowċ ta’ Paris St Germain Luis Enrique jogħġbu ħafna l-istil ta’ dawn iż-żewġ plejers u qed jipprova jikkonvinċi lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għalihom.

Ekonomija

Sport