Thursday, December 26, 2024

Julio Cesar f’Malta bejn l-1 u t-3 ta’ Novembru

Aqra wkoll

Ikomplu l-attivitajiet mill-aqwa mill-Inter Club Pupi Zanetti Malta hekk kif tħabbar li l-eks goalkeeper ta’ Inter Julio Cesar se jkun mistieden ta’ dan il-klabb f’Malta fil-bidu ta’ Novembru.

L-attività se jkollha l-patroċinju tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u se ssir mill-Ġimgħa 1 sal-Ħadd 3 ta’ Novembru. Fost id-diversi attivitajiet li se jaraw lill-Brażiljan bħala protagonista, se jkun hemm ikla filgħaxija il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru fir-Radisson Golden Sands Resort, kif ukoll avveniment sportiv għall-futbolers ta’ kull età li se jsir nhar is-Sibt b’ sessjoni filgħodu u wara nofsinhar.

Dawk interessati li jipparteċipaw fis-sessjonijiet ta’ taħriġ jistgħu jikkuntattjaw lill-president tal-klabb Paul Fenech jew jibgħatu email fuq dan l-indirizz: [email protected]. Il-membri tal-Inter Club Pupi Zanetti se jirċievu benefiċċji biex jipparteċipaw fl-avvenimenti skedati. Aktar informazzjoni tinsab fuq il-paġni soċjali tal-klabb.

Ekonomija

Sport