Ilbieraħ il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov, ġie attakkat bħala rappreżentant tar-Russja fis-Summit tal-OSCE minħabba l-Gwerra fl-Ukrajna. Minkejja l-kritika u l-pressjoni li kellu fuqu huwa, id-delegati u l-uffiċjali tiegħu, huwa xorta attenda.
Li ma kienx mistenni però li llum ġiet ippubblikata intervista mal-ġurnalist veteran Tucker Carlson u fiha l-Ministru Russu barra li spjega sew x’wassal għall-operazzjoni militari Russa fl-Ukrajna, kixef dettalji dwar konversazzjoni li kellu mas-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, li wkoll huwa parteċipi f’dan is-summit li qiegħed isir f’Malta.
L-aħbar xokkanti li ħarġet minn din l-intervista hija li fil-verità kien Blinken f’isem l-Istati Uniti li riedu li tinqered l-Ukrajna. Dan id-dettal ħareġ meta Charlson staqsih min jaħseb li kien qiegħed jieħu deċiżjonijiet ta’ politika barranija fl-Istati Uniti? Din hija mistoqsija fl-Istati Uniti. Min qiegħed jieħu dawn id-deċiżjonijiet?
Lavrov irrisponda li, “Ħa naħseb. Ilni snin ma nara lil Antony Blinken. Meta kienet l-aħħar darba? Sentejn ilu, naħseb, fis-summit tal-G20. Kien Ruma jew xi mkien… Jien kont qiegħed nirrappreżenta lill-President Putin hemmhekk. L-assistent tiegħu ġie għandi waqt laqgħa u qal li Antony jrid jitkellem għal 10 minuti biss. Tlaqt mill-kamra”.
Qal ukoll; “Ħadna b’idejn xulxin u qal xi ħaġa dwar il-ħtieġa li nnaqqsu l-eskalazzjoni etċ. Nispera li mhux se jkun irrabjat miegħi peress li qiegħed nikxef dan imma konna ltqajna quddiem ħafna nies li kienu preżenti fil-kamra u għedtlu li ma rridux neskalaw u li jridu jikkawżaw telfa strateġika lir-Russja. Huwa (Blinken) qalli, ‘le, mhux telfa strateġika globalment. Fl-UkraJna biss’”.