Monday, May 6, 2024

Juventus esklużi milli jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA

Aqra wkoll

Juventus ġew esklużi milli jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA matul l-istaġun li ġej u mmultati 20 miljun ewro wara li l-Ġimgħa ġew konklużi investigazzjonijiet għal ksur tar-regolamenti tal-UEFA dwar il-Liċenzjar tal-Clubs u l-Fair Play Finanzjarju.

Dan ifisser li l-klabb ta’ Turin se jkollu jitlef il-post tiegħu fil-UEFA Europa Conference League tal-istaġun li ġej minkejja li spiċċa fis-seba’ post fis-Serie A tal-istaġun li għadda. Fiorentina se jieħdu post Juventus fil-kompetizzjoni waqt li jiskontaw is-sospensjoni tagħhom.

Sport