Thursday, July 23, 2026
Home Sport Bayern Munich iġeddu l-kuntratt ta’ Schenk

Bayern Munich iġeddu l-kuntratt ta’ Schenk

0
370
Soccer Football - Champions League - Group C - FC Barcelona v Bayern Munich - Camp Nou, Barcelona, Spain - October 26, 2022 Bayern Munich's Serge Gnabry and Johannes Schenk during the warm up before the match REUTERS/Nacho Doce

Bayern Munich ħabbru li ġeddew il-kuntratt tal-gowlkiper żagħżugħ tagħhom Johannes Schenk. Hu ġedded il-kuntratt tiegħu sas-sena 2025 u qed jitqies li għandu futur mill-aqwa quddiemu hekk kif għandu biss 20 sena.

Schenk se jkun qed jingħata esperjenza ma’ tim ieħor hekk kif it-tim mill-Bavarja se jtih b’self lil Preuben Munster, tim li jinsab fid-Dritte Liga, ekwivalenti għat-tielet diviżjoni Ġermaniża.

Il-kowċ Thomas Tuchel faħħar il-kwalitajiet ta’ dan il-gowlkiper u qal li bis-self li se jkollu ma’ Munster jibda jilgħab futbol regolari.