Saturday, May 4, 2024

Malcom ma’ Al Hilal

Aqra wkoll

L-Arabja Sawdija bħala pajjiż baqa’ protagonista tas-suq tat-trasferimenti hekk kif tim ieħor bl-isem ta’ Al Hilal akkwista s-servizzi tal-winger Malcom Filipe Silva de Oliveira magħruf bħala Malcom. Dan il-plejer kien jilgħab ma’ Barcellona u wara l-offerta eċċezzjonali li tawh dan il-klabb, hu ma qagħadx jaħsibha darbtejn. Fil-fatt il-plejer Brażiljan iffirma sat-30 ta’ Ġunju 2027.

Malcom għandu 27 sena u se jingħaqad ma’ Ruben Neves, Sergej Milinkovic-Savic u Kalidou Koulibaly li wkoll ingħaqdu ma’ dan it-tim.

Sport