Saturday, May 4, 2024

Juventus fil-finali tal-Coppa Italia

Aqra wkoll

Juventus huma l-ewwel finalisti tal-Coppa Italia hekk kif minkejja li sfaw megħluba 2-1 minn Lazio huma kkwalifikaw b’aggregate ta’ 3-2 biex issa jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Fiorentina u Atalanta.

Kienu Lazio fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta mill-corner ta’ Luis Alberto, Alex Sandro naqas li jiddefendi l-ballun biex Valentin Castellanos kien pront u xeħet fir-rokna tas-saqaf tax-xibka. 

Wara dan il-goal, il-Bianconeri dehru mifxula u riedu jibdlu t-tattika tagħhom u joħorġu fuq l-offensiva fit-tentattiv li jiskor­jaw biex jerġgħu jkollhom il-vantaġġ doppju. 

Fis-26 minuta, huma resqu viċin iżda x-xutt ta’ Federico Chiesa mill-viċin ġie salvat b’mod brillanti mill-goalkeeper, Christos Mandas. 

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Lazio rduppjaw minn Valentin Castellanos li kkonkluda azzjoni bejn Felipe Anderson u Alberto.

Fil-65 minuta, l-istess Castellanos falla ċans tad-deheb li jikseb il-hat-trick perso­nali.

U ta’ dan in-nuqqas Lazio pattew qares minħabba li fit-83 minuta, Juventus naqqsu l-marġni tal-iskor minn Arkadiusz Milik liema goal poġġihom fil-finali.   

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport