Sunday, May 5, 2024

Premier League Ingliż: Arsenal jumiljaw lil Chelsea

Aqra wkoll

Arsenal qabżu waħedhom fil-quċċata tal- klassifika tal-Premier Lea­gue Ingliż meta umiljaw lil Chelsea bl-iskor ta’ 5-0.

Il-Gunners ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss ħames minuti fetħu l-iskor  meta Declan Rice għadda lejn Leandro Trossard li minn pożizzjoni angolata rnexxielu jiskorja.

Imbagħad fit-tieni taqsima, huma skorjaw erba’ goals oħra minn doppjetti ta’ Ben White (52, 70) u mill-eks player ta’ Chelsea, Kai Ha­vertz (57, 65).

B’din it-telfa, issa tkompli tiżdied il-pressjoni fuq il-coach ta’ Chelsea, Mauricio Pochettino, li jitkeċċa minkejja l-mijiet ta’ miljuni li nefqu fuq akkwisti ġodda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport