Sunday, March 23, 2025

Juventus ikeċċu lill-kowċ Thiago Motta u jaħtru lil Igor Tudor

Aqra wkoll

Juventus iddeċidew li jkeċċu lil Thiago Motta minn kowċ u jaħtru lil Igor Tudor bħala kowċ interim għall-kumplament tal-istaġun.

Minkejja li assiguraw ftit minuti wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Fiorentina il-ġimgħa li għaddiet li kienu se jżommu lil Motta bħala kowċ, id-direttur Cristiano Giuntoli u d-dirienti tal-Bianconeri bidlu fehmiethom, u rrealizzaw li kellha tittieħed azzjoni drastika.

Motta mexxa lil Juventus għal 18-il rebħa, 16-il draw u tmien telfiet fil-kompetizzjonijiet kollha, iżda safa eliminata miċ-Champions League fil-play-offs, mill-Coppa Italia kontra Empoli u mis-semi-finali tas-Supercoppa Italiana.

Juventus bħalissa jinsabu fil-ħames post fil-klassifika tas-Serie A, u għalhekk il-futur ta’ Tudor jiddependi mill-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport