Juventus qed ifittxu li jakkwistaw xi difensuri sabiex isaħħu dan id-dipartiment li bħall-attakk mhux qed jiffunzjona kif suppost.
Huma qed iħarsu lejn l-idea li jakkwistaw id-difensur ta’ Benfica Antonio Silva. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u ilu mat-tim Portugiż sa mis-sena 2022 fejn lagħab 65 partita u skorja sitt gowls.
Silva jilgħab bħala difensur ċentrali u bħala plejer Portugiż hu parti integrali mit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.