Friday, July 17, 2026
Home Sport Juventus jiċħdu taħditiet ma’ Napoli dwar Danilo

Juventus jiċħdu taħditiet ma’ Napoli dwar Danilo

0
95

Juventus ċaħdu li jinsabu f’taħditiet ma’ Napoli sabiex iċedu lill-plejer tagħhom Danilo. Id-direttur sportiv tal-Bianconeri Cristiano Giuntoli qal li dawn huma biss diċeriji u l-klabb għadu interessat li jżomm lill-plejer Brażiljan.

Danilo ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2019 fejn lagħab 153 logħba u skorja tmien gowls.

Fil-passat hu kien jilgħab ma’ America Mineiro, Santos, Porto, Real Madrid u Manchester City.