Monday, July 27, 2026
Home Sport Juventus wara Chilwell u Vega

Juventus wara Chilwell u Vega

0
107

Juventus qed jippjanaw li jiffirma lid-duo difensiv ta’ Chelsea Ben Chilwell u Renato Vega. Dawn iż -żewġ plejers huma ideali għall-pjan tattiku tal-kowċ Thiago Motta.

Chilwell għandu 28 sena u ilu mal-Blues ħames snin fejn deher 70 darba filwaqt li skorja tmien gowls. Fuq in-naħa l-oħra, Vega hu plejer ta’ nazzjonalita’ Portugiża li ilu mal-Blues sitt xhur biss u laħaq lagħab seba’ partiti. Minkejja kollox, mhux qed ikun regolari fit-tim ta’ Enzo Maresca u jippreferi jittanta xortih x’imkien ieħor.