Luca Zarb għeleb l-aspettattivi kollha. Bħala parti mill-kampanja tiegħu sevenxseven biex jinġabru fondi għall-Hospice Malta, Luca Zarb, nhar is-Sibt temm seba’ maratoni f’sebat ijiem. Dak li jagħmel din il-kisba aktar straordinarja, huwa l-fatt li daħal għal din l-isfida b’ħin limitat ta’preparazzjoni. Minkejja dan, hu wera reżiljenza straordinarja, li turi kif l-ispirtu tal-bniedem jista’ jegħleb ċertu limiti fiżiċi.
“Ridt nagħmel xi ħaġa li ttini sfida filwaqt li nagħmel differenza,” qal Zarb “Nittama li din tispira lill-oħrajn biex jappoġġjaw organizzazzjonijiet bħal Hospice Malta li jagħtu tant lill-komunità tagħna.”
Id-determinazzjoni tiegħu biex iqajjem kuxjenza u jiġbor fondi għall-Hospice Malta—organizzazzjoni mhux governattiva li tipprovdi kura palljattiva u appoġġ lil dawk b’mard terminali—kienet il-forza ewlenija wara s-suċċess tiegħu. Il-maratoni ta’ kuljum kienu sfida fiżika u mentali, iżda Zarb ddeskriva li daħal f’”running zone” li żammitu miexi ’l quddiem, anke meta t-tbatija bdiet iż-żid.
Li tgħamel seba’ maratoni f’sebat ijiem bla dubju ħalla impatt fuq ġisem Luca. Huwa kellu jiffaċċja għeja u uġigħ fiżiku, u għeja mentali. Madankollu, l-approċċ dixxiplinat tiegħu għan-nutrizzjoni, id-deidratazzjoni, u l-mistrieħ ppermettewlu jtemm l-isfida. Kull ġurnata ġabet magħha sett ġdid ta’ sfidi, fejn anke l-kundizzjonijiet tat-temp imprevedibbli komplew jżidu fl-isfida, iżda Zarb baqa’ għaddej bl-appoġġ ta’ ħbieb u qraba, li kienu hemm, fix-xita jew fix-xemx.
Zarb jagħti kreditu, għal ħafna mis-suċċess tiegħu, lill-inkoraġġiment kbir li rċieva matul l-isfida. Familja u ħbieb fil-qrib tiegħu tawħ sostenn li mhux biss ipprovda għajnuna loġistika iżda wkoll żamm l-ispirtu tiegħu għoli.
Filwaqt li l-ammont uffiċjali tal-fondi miġbura se jitħabbar fil-jiem li ġejjin, huwa stmat li l-mira inizjali ta’ €10,000 ser tiġi milħuqa. Wieħed jinnota li d-donazzjonijiet se jibqgħu miftuħa għal ġimgħa oħra.
“Għadni għaddej minn adrenalina għolja u dan qed iżommni ottimist li se nilħaq – jekk mhux ngħaddi – dan il-mira,” irrimarka Zarb, eżawrit iżda sodisfatt, fuq il-linja finali f’Golden Bay.
Issa li s-seba’ maratoni ġew fi tmiemhom, Zarb sew jkun jed jirkupra iżda t-tama tiegħu hija li l-impatt tal-inizjattiva tiegħu jkompli ferm lil hinn minn dawn is-sebat ijiem.
Zarb esprima r-rikonoxximent tiegħu lejn il-familja, il-ħbieb kif ukoll Hospice Malta, Teamsport, Endure Fitness, u Ebejer Bonnici talli appoġġjaw din l-inizjattiva.
Kif Tappoġġja l-Kampanja SevenxSeven
Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz tal-link hawn taħt:
https://hospicemalta.org/product/support-sevenxseven/