It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt is-17-il sena temm l-impenji tiegħu f’League B tal-Kampjonat Ewropew b’telfa minima ta’ 2-1 kontra l-Faroe Islands.
Kienet partita li l-Maltin żgur li ma kellhomx jitilfu, iżda Faore Islands wrew li huma aktar effettivi, u approfittaw mill-ftit ċansijiet tagħhom filwaqt li l-Maltin naqsu milli jikkonvertu tagħhom.
Fl-ewwel għaxar minuti, Malta ħolqot diversi opportunitajiet ta’ skor u tassew kellha tiskorja mill-inqas darba. Id-debuttant Baldacchino kellu tentattiv li ġie salvat mill-goalkeeper tal-Faroes, Trondur Sjurdarson. Ftit wara, Zyas Vella-Newell u Daniel Pawley ipproduċew żewġ xuttijiet minn tarf il-kaxxa li ntemmu barra, filwaqt li x-xutt b’saħħtu ta’ Elliott minn fuq il-lemin minn ġol-kaxxa ġie mdawwar f’corner minn Sjurdarson.
Fit-13-il minuta, Baldacchino għadda tajjeb lejn Elliott, li għeleb lill-avversarju dirett tiegħu b’mod intelliġenti iżda Sjurdarson mblokka tajjeb ix-xutt tiegħu.
Fil-20 minuta, l-avversarji tagħna ingħataw penalty wara li Pawley waqqa’ lil Rasmus Helgason fil-kaxxa. Mill-11-il metru Eyotor Eydsteinsson tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper Malti Adam Newell in-naħa opposta, biex skorja l-ewwel goal tiegħu f’dan il-kampjonat.
Fl-44 minuta, cross-shot ta’ Elliott laqat il-lasta, biex mir-rebpund ħadd mill-players Maltin ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn. L-attakkant robust Malti li jilgħab ma’ Chesterfield fl-Ingilterra baqa’ l-protagonist ewlieni għal Malta b’xi azzjonijioet eċċellenti iżda l-Maltin daħlu għall-mistrieħ b’goal minn taħt.
Żewġ minuti mit-tieni taqsima, ballun fit-tul issorprenda għal kollox lid-difiża Maltija, inkluż lill-goalkeeper Newell, b’Pal Muller bir-ras jiskorja t-tieni goal għall-Faroe Islands.
Fil-65 minuta, Il-Maltin ipproduċew l-ewwel tentattiv tagħhom lejn il-lasti avversarji meta l-goalkeeper Sjurdarson dawwar xutt ta’ Drew Miceli f’corner.
Il-Maltin żammew l-inizjattiva iżda sabuha diffiċli biex jippenetraw lid-difiża organizzata tajjeb tal-Faroe Islands. Fl-74 minuta, il-goalkeeper, Trondur Sjurdarson reġa’ mblokka tentattiv ta’ Matteo Paolo Grech, li daħal fil-partita ftit minuti qabel, bil-ballun jaħbat mal-mimduda, biex imbagħad ma ġiex ikklerjat kif suppost mill-Faores b’Vella-Newell permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa, biex reġa’ daħħal lill-Maltin fil-partita.
Erba’ minuti wara, daqqa ta’ ras ta’ Keerin Formosa minn azzjoni ta’ corner ġiet ikklerjata kważi minn fuq il-linja mid-difiża tal-Faroes.
Fil-85 minuta, il-captain, Djoni Sivertsen, resaq viċin li jiskorja t-tielet goal tal-Faroes wara li rċieva minn freekick ta’ Helgason, iżda l-ballun intemm barra.
Fl-aħħar ħinijiet il-Maltin ippruvaw jagħmlu reazzjoni iżda l-iskor baqa’ l-istess.
Malta: Adam Newell, Drew Miceli (Jaylen Zarb 85), Ben Gaerty, Andreas Vella, Sami Abo Assaf, Keerin Formosa, Gianluca Cauchi, Daniel Pawley (Matteo Paolo Grech 70), Zyad Vella-Newell, Luca Baldacchino (Scott Camilleri 57), Gunner Elliott – Coach: Francesco Macri
Faroe Islands: Trondur Sjurdarson, Silas Joensen, Dennis Olaru, Jens-Eiler Samsson, Joel Trondargjogv, Rasmus Helgason, Jogvan I Skala (Jonas Samuelsen 85), Eyotor Eydsteinsson (Ezra Lukama 77), Djoni Sivertsen, Benadiktus Madiba-Olllersen (Heiniba-Olllersen 88) Morkore 77) Coach: Christian Hogni Jacobsen
Referee: Matthew MacDermid (Skozja)
Skorers: Eydsteinsson 20, Muller 47 (GF), Vella-Newell 75 (M)
Ammoniti: Gaerty (M), Muller, Madiba-Olsen (GF)