Thursday, December 26, 2024

Kampjonat Premier: Floriana v Sliema W. l-aktar interessanti

Aqra wkoll

Wara li nhar il-Ħamis Naxxar Lions għelbu  lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0, illum u għada titkompla l-21 ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier, bl-aktar partita attraenti tkun dik bejn ir-ri­vali antiki, Floriana u Sliema Wanderers meta jiltaqgħu fl-Old Firm derby. 

Filwaqt li l-leaders jitta­maw li Floriana jfallu, huma għandhom partita delikata kontra Marsaxlokk.

Punt interessanti huwa li Gudja United jistgħu jiġu relegati jekk Valletta jirbħu kontra Santa Lucia u huma jitilfu kontra Balzan. 

Gzira United jaffrontaw lil Mosta f’dak li huwa konfront dirett li jirrigwardja n-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Partita oħra mill-aktar interessanti hija dik bejn żewġ timijiet li jinsabu fiż- żona l-ħamra – Sta Lucia u Valletta – telfa għal wieħed minnhom tkun tfisser il-bidu tat-tmiem tagħhom fl- ogħla diviżjoni.  

Floriana v Sliema W. – Jekk Floriana jridu jibqgħu fit-taqtiegħa għar-rebħ tat- titlu din hija partita li ma jistgħux ifallu. 

Huma se jilagħbu kontra  team li wera konsistenza matul il-kampjonat kollu u sa ċertu punt kien is-sorpriża tal-istaġun hekk kif ġie promoss miċ-Challenge League. 

Rebħa għal Sliema Wanderers toqtol kull tama għall-Furjaniżi filwaqt li huma jidħlu fit-taqtiegħa għat-tieni post. 

Il-Wanderers se jkunu msaħħa bir-ritorn tal-goalkeeper, Rashed Al Tumi, u Christ Koaou minn sospensjoni. 

Fl-ewwel round, il-Furjaniżi kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. 

Hamrun S. v Marsaxlokk – Il-leaders Hamrun Spartans jaffrontaw lil Marsa­xlokk li qed jissieltu għar- raba’ pożizzjoni. 

Bħal Floriana, il-Ħamru­niżi ma jistgħux ifallu hekk kif ninsabu fid-dritta finali u ħadd ma jaffordja jwaqqa’ l-punti.

Huma se jkunu mingħajr is-sospiż Steve Borg li tkeċċa fir-rebħa ta’ 4-0 fuq Mosta. 

Min-naħa l-oħra, Jacob Walker jirritorna għal Mar­saxlokk minn sospensjoni. 

Fir-round preċedenti, l-Ispartans ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. 

 Hibernians v Sirens – Hbernians jibdew favoriti li jegħlbu lil Sirens biex isaħ­ħu l-isfida tagħhom għar-raba’ post.

Fil-veritá, il-logħbiet li ġejjin huma formalitá għal Sirens hekk kif hija kwistjoni ta’ ‘meta’  u mhux ‘jekk’ li jitilfu posthom mal-kbar.

Iż-żewġ timijiet jilqgħu lura player minn sospensjoni – Hibs lil Claudio Bonanni u Sirens lil Nicholas Pulis.

Fl-ewwel round, il-Paw­lis­ti rebħu bl-iskor ta’ 2-1. 

Gzira U. v Mosta – Ħadd miż-żewġ timijiet ma jista’ jfalli hekk kif Gzira United jiffaċċjaw lil Mosta … b’telfa tkun detrimentali.

Gzira għandhom lil Thaylor Aldama sospiż ia jirritorna Jackson Mendoza filwaqt li Chris Ndubisi Nnaji jirritorna għall-Mostin.

Fl-ewwel round, Gzira għelbu lil Mosta 3-0.

 Balzan v Gudja U. – Balzan jistgħu jagħtu d- daqqa mortali lil Gudja Unit­ed biex fl-istess waqt jagħmlu pass lejn is-salvazzjoni.

Huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas- sospiż, Ivan Bozovic, iżda jirritornaw Triston Caruana u Nikola Braunovic. 

Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ 2-2. 

Sta Lucia v Valletta – Din hija ‘finali’ li ħadd ma’ jista’ jitlef biex iżomm il-profil tiegħu fl-ogħla diviżjoni. 

Iż-żewġ timijiet se jkunu bl-aqwa formazzjoni hekk kif se jirritornaw Alessio Piaz­za (Sta Lucia) u Adrian Ferraris (Valletta).

Fl-ewwel round, il-partita spiċċat fi draw ta’ 1-1.  

Ekonomija

Sport