Friday, December 27, 2024

Kampjonat Premier: Balzan jegħlbu lil Mosta b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Mosta …….0

Balzan ……2

Balzan kisbu rebħa meritata ta’ 2-0 fuq Mosta bil-goals jaslu minn doppjetta ta’ Aleksa Andrejic biex komplew iżidu l-inkwiet tal-Mostin fil-ġlieda għas-salvazzjoni.

Barra minn hekk, il-Mosta issa ilhom ħames partiti konsekuttivi ma jsibu x-xibka avversarja u ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt ħarġiet li fihom irreġistraw biss żewġ punti.

Kienu Mosta li ħarġu fuq l-offensiva u wara tmien minuti, cross-shot insidjuż mil-lemin ta’ Kevin Tulimieri kważi qarraq bil-goalkeeper ta’ Balzan Danilo Golovic, iżda l-ballun ġie kklerjat f’sigurtá mid-difiża ta’ Balzan.

Balzan wiegbu fis-16-il minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Katanic li ġie mblukkat tajjeb mill-goalkeeper, Dylan Ciappara. Ftit wara xutt tal-istess Katanic mill-viċin spiċċa ftit għoli.

Fit-22 minuta, il-midfielder Balzani, Jake Grech, rebaħ ballun f’tarf il-kaxxa iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra. Balzan komplew jippressaw u fit-28 minuta, u kanunata ta’ Andrejic minn tarf il-kaxxa ġie mdawwar f’corner minn Ciappara.

Fil-41 minuta xutt  b’saħ­ħtu ta’ Andrejic ma kienx miżmum tajjeb minn Ciappara, bil-ballun jispiċċa għand Awosanya, iżda mill-viċin ra lill-istess Ciappara jsalva.

Mosta wieġbu tliet minuti wara b’xutt mid-distanza ta’ Kevin Tuli­mieri.

U appena għaddiet minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan fetħu l-iskor  meta żewġ xuttijiet kosnekuttivi ġew imblukkati mid-difiża ta’ Mosta, bil-ballun jintemm għand ALEKSA ANDREJIC li mill-viċin xeħet fix-xibka.

Fis-70 minuta, il-partita għamlet ħin twil wieqfa wara li  l-assistant refe­ree, Vasil Vasilev, sofra injury  biex daħal Philip Farrugia daħal fil-post tiegħu. 

Fil-85 minuta, Balzan issiġillaw ir-rebħa meta ALEKSA ANDREJIC b’xutt fil-baxx ma ta l-ebda ċans lil Ciappara jsalva.

MOSTA: 1-Dylan Ciappara, 6-Chukwudi Nathan Obidike, 7-Maxmillian Ugochukwu (21-Nathan Agius 76), 8-Christian Ndubisi Nnaji, 10-Evans Damian Aneni (3-Thomas Tegwi 62), 19-Ben Aziz (30-Jean Paul Farrugia 86), 20-Willie Britto, 10-Precious Linus Tenebe (16-Gianluca Sciberras 46), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat, 92-Kevin Tulimieri (18-Armen Hovhannisyan 51)   – Coach: Jospeh Grech

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic, 4-Andre Prates, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana (6-Marcus Grima 86), 8-Paul Fenech, 10-Jake Grech, 24-Nikola Braunovic, 14-Dimej Awosanya (23-Nikola Zerjal 76), 77-Aleksa Andrejic (9-Maryluak Aguek 92), 21-Aleksandar Katanic (80-Peter Olawale 94)   – Coach: Oliver Spiteri

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Vasil Vasilev, Thomas Debono

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORER: A. Andrejic 46, 85 (B)

AMMONIT: T. Caruana (B)

Ekonomija

Sport