Sliema Wanderers …..2
Gudja United ………….0
Sliema Wanderers għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima biex b’hekk saħħew it-tielet post tal-klassifika fit-tentattiv li jibqgħu fl-isfida għall-kwalifikazzjoni għall-UEFA Conference League.
B’din it-telfa, il-periklu għal Gudja kompla jikber hekk kif jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika u fil-veritá ftit li xejn hemm tama li se jsalvaw mir-relegazzjoni.
Kienu Sliema li ħarġu fuq l-offensiva u wara sitt minuti Mohamed Abdulahi Awad kellu l-konklużjoni tiegħu salvata mill-goalkeeper, Justin Spiteri.
Huma komplew jippressaw u Awad għal darb’oħra kellux xutt mid-distanza li għadda ftit għoli.
Il-Wanderers baqgħu jiddominaw u ma kienet l-ebda sorpriża li fetħu l-iskor meta Lydon Micallef indirizza cross lejn JOACHIM ADUKOR li tefa’ ġewwa
Fil-55 minuta, Samuel Da Mata għal Sliema kellu konklużjoni minn tarf il-kaxxa li ntemmet barra.
Fit-80 minuta, il-Blues irduppjaw meta wara li rċieva minn cross ta’ Lydon Micallef, GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG, xeħet fix- xibka b’daqqa ta’ ras preċiża.
Żewġ minuti biss wara, Gudja spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa Walter Omar Serrano wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit sekondi.
Fid-89 minuta, is-Slimiżi setgħu kabbru l-vantaġġ iżda minn qagħda tajba Jake Engerer falla l-mira.
SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino (21-Neil Frendo 84), 18-Edmond Agius (8-Mark Scerri 76), 20-Denis Kouao Christ Damsen, 25-Joachim Adukor (6-Joseph Marie Minala 65), 31-Murilo Henrique Freire Bernardo, 39-Samuel Gomes Da Mata (33-Geoffrey Edwin Acheampong 65), 70-Lydon Micallef, 77-Mohamed Abdulahi Awad (7-Jake Engerer 76) – Coach: Paul Zammit
GUDJA U. : 90-Justin Spiteri, 5-Brenner Armando Melo Dos Santos, 7-Gianluca Antonio Remo Lorenzoni, 8-Sean Cipriott (24-Walter Omar Serrano 62), 10-Shaisen Attard, 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah (12-Luca Gatt 86), 22-Ricardo Eusebio Mendes Mango Fernandes, 39-Zak Grech, 88-Mirko Esposito, 99-Gianluca Zammit (19-Mathias Conti 74) – Coach: Renzo Kerr-Cumbo
REFEREE: Alex Johnson
ASS. REFEREES: Roberto Vella, Jareth Grima
RABA’ UFF: Ezekiel Barbara
SKORERS: J. Adukor 40, G. E. Achempong 80 (SW)
AMMONITI: R. Al Tumi, J. Adukor, M. Bernardo (SW), G. Lorenzoni, G. Mensah, W. O. Serrano (GU)
Tkeċċa: W. Serrano 82 (GU)