Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Premier: Sta Lucia jagħmlu pass kbir lejn is-salvazzjoni

Aqra wkoll

Gudja United ….0

Sta Lucia ……….4

F’partita mingħajr storja, Santa Lucia għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 4-0 biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni filwaqt li dawn tal-aħħar jidhru destinati li jiġu relegai.

Santa Lucia fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-seba’ minuta meta wara li rċieva minn cross mix-xellug ta’ Alessio Piazza, ALEKSA MRDJA, mattar siequ u mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fis-16-il minuta, huma rduppjaw meta Mrdja avvanza tajjeb u xeħet cross fil-baxx lejn ALESSIO PIAZZA li minn taħt il-lasta spara ġewwa.

Eżatt ma’ tmiem l-ewwel taqsima huma skorjaw it-tielet goal meta DANIEL LETHERBY kien fil-post it-tajjeb biex mill-viċin ma żbalja.

Fid-49 minuta, il-Luċjani resqu viċin iżda t-tenattiv ta’ Steve Pisani stampa mal-mimduda.

Iżda, fit-58 minuta,  huma ma kellhomx jiġu mċaħħda meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ free-kick, EVANDRO PINTO GOMES, spara xutt mill-ewwel minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Pisani jsalva.

Gudja U.: 26-James Pisani, 11-Matias Muchardi, 12-Luca Gatt, 17-Aldair Josimar Quintero (92-Joseph Ime Godwin 46), 22-Fernandes Mango, 28-Rodrigie Nanitelamio, 30-Stephen Akomeah (10-Gianluca Lorenzoni 46), 39-Zak Grech, 77-Aidan Jake Friggieri (7-Shaisen Attard 64), 88-Mirko Esposito, Gianluca Zammit (19-Mathias Conti 65) – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

Santa Lucia: 12-Francisco Celio Da Paz Silva, 3-Mattias Ellul, 6-Daniel Letherby (20-Gonzalo Nicolas Virano 62), 7-Steve Pisani, 15-Adam Bradshaw (4-Ayefouni Ogouvide 78), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja (10-Tatsuro Nagamatsu 62), 21-Fabian Santiago Moracci (11-Lucas Sena Silva 72), 27-Alessio Piazza (29-Jed Valletta 62), 55-Sven Xerri, 80-Evandro Pinto Gomes – Coach: Alessandro Zinnari

Referee: Daniel Casha

Ass. Referees: Luke Portelli, Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: A. Mrdja 7, A. Piazza 16, D. Letherby 45, E. Pinto Gomes 58 (SL)

Ammoniti: L. Gatt (G)

Player tal-Logħba: Alessio Piazza (SL)

Ekonomija

Sport