Friday, May 17, 2024

Karim Adeyemi jingħaqad ma’ Borussia Dortmund

Aqra wkoll

L-aġent tal-attakkant ta’ Red Bull Salzburg, Karim Adeyemi, żvela li l-klijent tiegħu rrifjuta li jingħaqad ma’ Manchester United biex jingħaqad ma’ Borussia Dortmund matul is-sajf li ġej.

Huwa maħsub li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena qed joqrob lejn iċ-ċaqliq lejn Dortmund għal madwar €38m, bil-kuntratt tiegħu biss għad irid jiġi ffirmat qabel ma l-ftehim ikun jista’ jiġi ffinalizzat.

Manchester United huma mifhuma li ppruvaw jirbħu t-taqtiegħa ma’ Dortmund għall-akkwist ta’ Adeyemi u kienu lesti li jħallsu lill-internazzjonali Ġermaniż £150,000 fil-ġimgħa.

B’Erling Braut Haaland viċin li jingħaqad ma’ Manchester City, Adeyemi mistenni jieħu post il-player internazzjonali Norveġiż fil-Westfalenstadion.

Adeyemi kien player li spikka ferm għaċ-champions Awstrijaċi dan l-istaġun, fejn skorja 23 goal u pprovda tmien assists fi 42 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport