Karmnu Azzopardi huwa l-anzjan li nstab mejjet f’Kemmuna fil-bidu ta’ din il-ġimgħa.
Kien għall-ħabta tas-12:45 p.m tat-Tlieta li għadda., il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna wiċċha ‘l isfel fil-baħar qrib Kemmuna. Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Ir-raġel deher mitluf minn sensih, tellgħuh l-art fil-Port tal-Imġarr, f’Għawdex, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet