Tuesday, December 24, 2024

Karozza tinqaleb fil-limiti tal-Buskett

Aqra wkoll

Mara ta’ 46 sena residenti l-Għargħur tista’ tgħoddha b’waħda wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ fi Triq il-Buskett fir-Rabat meta għal xi raġuni l-mara tilfet il-kontroll tal-karozza Kia Sportage li kienet qiegħda ssuq, qabdet ċint u nqalbet.

Fil-post issejjaħ tim mediku, iżda fortunatament ma kienx hemm persuni li sofrew ġrieħi.

It-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin sakemm il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ekonomija

Sport