L-anzjani li jgħixu f’41 dar madwar Malta u Għawdex dan ix-xahar se jieħdu doża żejda tal-ferħ tal-Milied permezz ta’ kard iddisinjata mit-tfal bħala parti mill-inizjattiva #nannietpostoffice.
It-tfal tal-iskola kienu impenjati jagħtu l-kulur u jaqtgħu l-forom biex jiddisinjaw il-kartolini tagħhom, li huma maħsuba biex ixerrdu l-ispirtu festiv lill-anzjani li qed jgħixu fid-djar, u f’ċerti każijiet ma jistgħux jingħaqdu mal-familji tagħhom.
Din hija t-tieni sena li l-Fondazzjoni Maltija għall-Benesseri tas-Soċjetà ngħaqdet mal-professur universitarju Alexiei Dingli u Stephen Bezzina u Marvic Sciberras, biex torganizza dan il-proġett.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Ministeru għall-Edukazzjoni bagħat email lill-iskejjel f’Malta u Għawdex fejn ħeġġeġ lit-tfal biex jisfruttaw il-kreattività tagħhom.
L-idea kienet li titfassal kartolini tal-Milied bi kliem ta’ tama għaċ-ċittadini anzjani fi djar li, matul dawn l-aħħar xhur, iffaċċjaw mumenti akbar ta’ solitudni bħala konsegwenza tal-pandemija.
Tfal li jixtiequ jiddisinjaw il-kartolina tagħhom stess biex jintbagħtu lill-anzjani fid-djar għadhom fil-ħin biex jagħmlu dan u jistgħu jtellgħu d-disinn tagħhom fuq www.nannietpostoffice.com sal-Ħadd 5 ta ‘Diċembru, 2021.