Il-kumpanija META li topera fost l-oħrajn Facebook qiegħda tiffaċċja kawża kbira fil-Qrati Amerikani li tista’ tbiddel il-mod ta’ kif taħdem il-midja soċjali.
Din il-bidla tista’ taffettwa miljuni kbar ta’ żgħażagħ dwar il-mod kif ikunu jistgħu jużaw Instagram u Facebook l-aktar fl-Istati Uniti.
Kien fl-2023 meta 30 stat Amerikan fosthom California u New Yorkakkużat lil MERA li kienet qiegħda tikser il-liġi ta’ privatazza fost it-tfal u li ddisinjat il-pjattaformi tagħha b’mod li jżomm lit-tfal u ż-żgħażagħ jużawhom għal perjodi twal.
Dawn l-istati qegħdin jitolbu aktar minn $1 triljun mingħand META kif ukoll qiegħdin jitolbu lill-Qorti biex toħroġ ordni biex jinbidel il-mod kif jaħdem Instagram u Facebook.
Fost il-bidliet mitluba hemm li: jimplimentaw proċess fejn il-ġenituri jkollhom verifikazzjoni fuq l-utenti tal-adoloexxenti;
jinbidlu l-algoritmi li jirrakkomandaw kontenut li jżomm lill-utenti attivi;
jitneħħew ċerti filtri li jbiddlu d-derha tal-persuna fir-ritratti;
jintemm il-video autoplay;
jiġi limitat il-ftuħ ta’ aktar minn kont wieħed;
jintemmu posts li jisparixxu bħal Instagram Stories;
u jitneħħew il-counts tal-“likes”.
L-Istati li fetħu l-kawża qegħdin jargumentaw li dawn il-funzjonijiet huma mfassla biex iżommu lill-utenti, bħal t-tfal u ż-żgħażagħ, fuq il-pjattaformi għal żmien twil. Qed jakkużaw ukoll lil Meta li tuża notifiki frekwenti biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jidħlu b’mod aktar frekwenti fuq l-apps.
Meta ċaħdet dawn l-akkużi u qalet li hija kunfidenti li l-evidenza se turi l-impenn tagħha biex tappoġġja liż-żgħażagħ.
Il-Qorti issa trid tiddeċiedi jekk il-mod kif jaħdmu dawn il-pjattaformi jikkontribwixxix għall-problemi li qed jiffaċċjaw it-tfal u ż-żgħażagħ, u jekk Meta għandhiex tkun obbligata tbiddel il-mod kif topera.




