Kien eżatt fis-17 ta’ Awwissu tal-2002 meta waqt l-aħħar żjara tiegħu fil-Polonja, Ġwanni Pawlu II kien ikkonsagra lid-dinja lil Ħniena Divina. Dan kien għamlu fis-Santwarju Kraków-Łagiewniki
Minn meta kien saċerdot, imbagħad Isqof u wara anke Kardinal il-Papa Pollakk kellu devozzjoni kbira lejn il-Ħniena Divina u bħal donnu kien jaf li kienet se tkun l-aħħar żjara f’pajjiżu fejn wera x-xewqa li jikkonsagra lid-dinja għal ħaġa għażiża għalih.




