Monday, May 13, 2024

Keith Galea, Maya Schembri Rodgers jissiġillaw ir-rebħiet fil-finali tas-Serje tat-Triathlon

Aqra wkoll

Keith Galea ta’ Birkirkara St Joseph issigilla ir-rebħa fit-tellieqa finali tal-Go&Fun BSJ Triathlon Series aktar kmieni fil-ġimgħa li għaddiet, u b’hekk immarka l-ħdax-il rebħa tiegħu f’Serje.

Il-Go&Fun BSJ Triathlon Series, imtella’ minn Birkirkara St Joseph Sports Club, kienet tikkonsisti f’erba’ triathlons – żewġ tiġrijiet Sprint Distance (750m għawma, 20km rota u 5km ġirja) u żewġ tiġrijiet Standard/Olympic (1500m għawma, 40km rota, 10km ġirja).

L-għawma ta’ 1500m rat lil Nicholas Sammut u Keith Galea, joħorġu mill-ilma b’lżewġ sekondi jifirdu lit-tnejn. Filwaqt li Sammut kien l-ewwel barra mill-ilma u gewwa t-tranżizzjoni, is-snin ta’ esperjenza ta’ Galea rawħ joħroġ qabel Sammut mill-ewwel transizzjoni biex jikseb vantaġġ ta’ erba’ sekondi. Fuq ir-rota, Galea ħa vantaġġ qawwi u assigura distakk bejnu u Steve Ritchie li wera saħħa tajba fuq ir-rota. Fuq il-ġirja ta’ 10km,li saret fl-eqqel tas-sħana Galea irreġistra l-aħjar ħin f’din it-taqsima, sabiex kiseb il-ħdax-il rebħa tiegħu f’Serje. Ritchie, żamm ir-ritmu biex kiseb t-tieni post fuq il-podju. Fit-tielet post kien Roberto Briffa, li ilu jagħti wirjiet tajbin, b’mod partikolari fuq ir-rota, tant li l-prestazzjoni tiegħu fuq ir-rota tiegħu kienet l-aħjar waħda tal-ġurnata.

Fil-kategorija tan-nisa, Maya Schembri Rodgers kienet l-ewwel mara barra mill-ilma u żammet il-vantaġġ tul it-tellieqa kollha biex spiċċat l-ewwel, fuq quddiem Marquita Muscat. Muscat kienet it-tielet mara barra mill-ilma iżda naqqset id-distakk fit-taqsima tar-rota. Denise Cortis li kienet it-tieni barra mill-ilma niżlet fit-tielet post fil-linja finali biex ikkompletat il-podju.

Distanza Sprint

Fl-istess ħin mad-Distanza Standard il-Club ospita Sprint Triathlon, li kien barra mill-kompetizzjoni tas-Serje iżda ppermetta triatleti jtellqu fuq distanza iqsar. Temmew it-tellieqa l-ewwel fil-kategoriji rispettivi tagħhom kienu Ryan Muscat u Elaine Fenech.

Serje Triathlon taż-Żgħażagħ

L-avveniment ġab fi tmiemu wkoll il-Youth Series, li rat attendenza tajba u xi wirjiet promettenti ħafna mill-atleti żgħażagħ li l-età tagħhom kienet ta’ medja ta’ disa’ sa 16-il sena.

Klassifika Generali

Is-Serje waslet fi tmiemha bil-preżentazzjoni ta’ trofej lill-atleti li temmew l-erba’ tiġrijiet fis-sensiela. Jippreżentaw it-trofej Davide Cachia, President tal-Malta Triathlon Federation u Ray Grech, President, Birkirkara St Joseph Sports Club.

Is-Segretarju tal-Klabb Euchar Camilleri esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-atleti u l-Klabbs li appoġġjaw is-Serje, li saret taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon. Huwa kompla billi rringrazzja lil Go & Fun tal-appoġġ fit-tul tagħhom kif ukoll lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, lill-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara, lil Transport Malta u lill-uffiċjali kollha involuti fit-tmexxija tal-attività.

Riżultati. 2023 Go&Fun BSJ Standard Distance Triathlon

 IrġielNisa
1stKeith Galea (Birkirkara St. Joseph2:10:15Maya Schembri Rodgers (Agones SFC)2:27:17
2ndSteve Ritchie (Birkirkara St Joseph)2:12:49Marquita Muscat (Birkirkara St Joseph)2:53:36
3rdRoberto Briffa (Agones SFC)2:17:30Denise Cortis (Agones SFC)3:04:08

Riżultati Overall – 2023 Go&Fun BSJ Standard Distance Triathlon Series

Riżultati huma bbażati fuq dawk l-atleti li ħadu sehem fl-erba tlielaq tas-serje

 IrġielNisa
1stKeith Galea (Birkirkara St. Joseph)Denise Cortis (Agones SFC)
2ndJosef Azzopardi (TriGozo) 
3rdNicholas Sammut (Agones SFC) 

Sport