Sunday, December 22, 2024

“Kellna pajjiż free for all meta gvern Nazzjonalista għażel li ma jilleġiżlax fuq temi sensittivi”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-winding up tad-diskussjoni dwar l-emenda mressqa li għandha l-għan li saħħaħ il-qafas regolatorju b’saħħtu dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg qalet li din l-emenda bl-ebda mod mhi qed tnaqqas il-pieni maħsuba għal ksur ta’ liġijiet dwar l-abbuż tal-kannabis u drogi oħra.

“Pjuttost bil-maqlub. Għaliex se tipprovdi multi amministrattivi mill-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis għal dawk l-assoċjazzjonijiet li qed tirregola hi stess. B’dawn l-emendi punittivi li s’issa kienu vestiti fil-Kummissarju tal-Ġustizzja, issa se jingħataw ukoll lill-Awtorità li hi wkoll tkun tista’ timponi multi amministrattivi,” qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Hija ċċarat ukoll li r-rifoma dwar l-użu responsabbli tal-kannabis ma illegalizzatx l-użu tal-kannabis iżda ddikriminalizzat l-użu personali tal-kannabis b’ċertu parametri stretti li joħorġu mil-liġi. 

“Il-kelliema tal-Oppożizzjoni provaw jagħtu l-impressjoni li hawn xi free for all f’dan il-pajjiż. Ħa ngħidilkom meta kellna pajjiż free for all. Meta Gvern Nazzjonalista kien konxju ta’ dawn ir-realtajiet soċjali iżda għażel illi jħares u jdawwar wiċċu n-naħa l-oħra għaliex kien jippreferi ma jilleġiżlax fuq temi sensittivi minkejja li huma kontroversjali u pprefera jibqa’ kif inhu. Aħna konxji ta’ dawn ir-realtajiet soċjali,” qalet Buttigieg.

Ekonomija

Sport