Wednesday, April 24, 2024

B’togħma distinta u b’karattru nebbiexi: ix-xarba Tango f’Malta 

Aqra wkoll

Tango hija xarba mfittxija għat-togħma intensa tal-frott u partikolari tagħha. Sa minn tmiem it-tmeninijiet u d-disgħinijiet, din il-marka kisbet l-attenzjoni fir-Renju Unit għaliex spikkat fis-suq tas-soft drinks minħabba l-preżenza distinta tagħha u r-reklamar pjuttost kontroversjali.

Illum, din il-marka ta’ Britvic, saret ikona Brittanika u fl-aħħar 5 snin irduppjat fid-daqs, tant li saret ir-raba’ l-akbar marka fil-kategorija tax-xorb karbonizzat bit-togħma tal-frott. Tango qed tkompli tkun relevanti bil-personalità ċajtiera u nebbiexa tagħha. Ix-xarbiet ta’ Tango huma simbolu ta’ kultura żagħżugħa u għalhekk hi l-marka kummerċjali għal ħafna żgħażagħ Ingliżi.

Tango se titnieda f’Malta, fost l-oħrajn b’dawn it-togħmiet: il-verżjoni oriġinali ‘Tango Orange’ u varjetajiet oħra bla zokkor, bħal Tuffieħ, Paradise Punch u Dark Berry, kollha fi fliexken PET ta’ 500ml. Dawn it-togħmiet għandhom iqanqlu l-palat u jtejbu xarbiet oħra wkoll.

Tango hi impurtata, irreklamata u mqassma f’Malta minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Ltd, membru tal-Grupp Farsons, u ssibha fil-ħwienet ewlenin kollha u mis-sit www.farsonsdirect.com.   

Sport