Il-midfielder ta’ Juventus, Khephren Thuram, se ssirlu operazzjoni f’irkopptejh, il-Ħamis 3 ta’ Settembru, minħabba problema magħrufa bħala ‘patellofemoral syndrome’.
Din il-kundizzjoni ilha taffettwah minn tmiem l-istaġun 2025-26. Thuram żar speċjalista tal-irkoppa fi Lyon, Bertrand Sonnery Cottet, li rrakkomanda l-operazzjoni.
Skont rapporti fil-media Taljana, il-proċedura se ssir permezz ta’ kirurġija artroskopika biex tiġi indirizzata l-ħsara fil-qarquċa wara l-irkoppa.
Huwa mistenni jibqa’ barra għal madwar erba’ xhur u jirritorna jilgħab f’Jannar 2027. Thuram ma lagħab fl-ebda logħba ta’ ħbiberija qabel l-istaġun u ħafna drabi tħarreġ waħdu.
Juventus iffirmaw ukoll lil Pape Matar Sarr b’self mingħand Tottenham. Kenan Yildiz ukoll se jkun barra wara operazzjoni.




