Il-winger minn Georgia Khvicha Kvaratshkelia għadu jiġi attirat minn offerti interessanti minn klabbs Ewropej. Dan l-aħħar skont il-gazzetti Ingliżi, Arsenal u Liverpool qed jitħajru għalih speċjalment għas-sajf li ġej bl-għan li jsaħħu l-attakk tagħhom.
Il-kuntratt ta’ Kvaratshkelia jiskadi f’Ġunju 2027 bil-plejer li għadu qed jinnegozja salarju aħjar mal-klabb tiegħu Napoli hekk kif hu wieħed mill-iktar plejers li ma tantx huma mħallsa.